“Ma Kienx Il-Kupidu Li Laqqagħna Għax Għid Li Kieku Tagħna Kien Jolqot Xi Ħaġa B’Oħra!” Pamela Bezzina Lil Żewġha Alex Debono

Pamela Bezzina, il-fundatriċi u d-direttriċi ta’ VocalBooth Studios, tikteb lil żewġha paragrafu tassew ħelu fuq il-profil tagħha.

“San Valentinu. Ma nafx minn fejn bdiet eżatt diċ-ċelebrazzjoni u llum forsi saret waħda materjalista wkoll bħal ħafna okkażjonijiet oħra! Imma l-imħabba sabiħa wisq u dejjem huwa mument opportun biex tiċċelebraha! Żewġi l-għażiż, jien ngħidlek inħobbok ħafna drabi kuljum, illum ħa ngħidhielek hawn quddiem id-dinja wkoll! Ma kienx il-kupidu li laqqagħna għax għid li kieku tagħna kien jolqot xi ħaġa b’oħra! Imma propju konna aħna li għarafna li f’xulxin hemm dinja oħra x’niskopru u l-emozzjonijiet kbar bdew mill-bidu nett!

Inħobbok imħabba bla qies, u għalkemm ma jien perfetta fl-ebda aspett, miegħek inħossni wasalt sal-aħjar verżjoni tiegħi nnifsi! Grazzi talli int min int, int kif int u talli tħobbni eżatt kif jien u b’min jien!”





Awguri minn għandna Gwida.mt lil dawn il-koppja. Żgur li Alex ser jieħu pjaċir b’dan il-messaġġ ġenwin li fih tant imħabba!

Facebook / Pamela Bezzina, Alex Debono



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI