Permezz ta’ filmat mill-isbaħ fuq il-paġna tiegħu, The Briefcase Man qasam mas-segwaċi tiegħu parti mill-istorja ta’ Francesca, ħabiba għażiża għalih.
Beda l-filmat jgħid li meta sema’ li Francesca ġiet irrappurtata nieqsa ħass “ksieħ kbir” hekk kif din kienet persuna li bażikament kiber magħha u kienu ħbieb kbar. Qal li hawn kienet qed tiġġieled għal ħajjitha hekk kif kienet tinsab f’battalja kontra l-vizzju tad-droga, iżda Francesca gradwat mill-kors tas-Sedqa.
Żied jgħid, “Francesca dejjem kienet hemm għalija, meta jien ukoll kont qed inbati. Forsi ma konniex fl-istess battalja, però kien hemm il-fehma li t-tnejn li aħna konna qed inbatu ... il-fehma li konna qed inbatu flimkien. Għalija Francesca mhux biss hija ħabiba kuraġġuża. Hija eżempju li rajt fil-ħajja vera, ta’ xi ħadd li ma qatgħax qalbu u baqa’ għaddej akkost ta’ kollox.”