"Ma Kontx Se Nieħu Ritratti Tat-Tqala; Imma Issa Ferħana Li Għamilt Dan" – Tamara Webb

Minkejja ċ-ċirkostanzi preżenti minħabba l-pandemija globali, kien vjaġġ mill-isbaħ li wieħed kellu ċ-ċans li jsegwi t-tqala ta’ Tamara Webb, li dejjem baqgħet vera hi fuq il-pjattaforma tagħha, fejn ma ddejqitx taqsam il-mumenti sbieħ u inkredibbli, kif ukoll il-mumenti emozzjonali tal-esperjenza tagħha minn meta skopriet li kienet qed tistenna tarbija li ġiet imlaqqma Peanut.





Bid-data tat-twelid ftit ġimgħat bogħod, Tamara qasmet serje ta’ ritratti sbieħ mill-fotografu lokali Kris Micallef. Tamara tammetti li ma kinitx ħa tieħum ritratti tal-maternità iżda tinsab sodifatta li għamlet dan għax dawn jibqgħu “għeżież għal dejjem.”

View this post on Instagram

A post shared by TAMARA WEBB 💫 (@tamarawebb_) on Aug 2, 2020 at 11:37pm PDT

Kif tistgħu taraw intom stess, Tamara tidher tal-ġenn u dan żgur li ma kienx ikun possibbli għall-make up mill-aqwa ta’ Karl Zammit Nash u Nicole Gera minn Dean Gera Salons għax-xagħar tagħha. Fir-ritratti wieħed jista’ jgħid li s-sbuħija ta’ Tamara qed tiddi!

Awguri Tamara u Ken!

Kris Micallef – Facebook / Tamara Webb



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI