Illbieraħ tħabbret l-aħbar xokkanti li l-għażiż Mario Mifsud ta’ 59 sena ħalla din id-dinja!
Bint Mario, Althea ddedikatlu messaġġ biex tesprimi n-nuqqas kbir li qed tħoss f’qalbha issa li persuna tant importanti għaliha m’għadux magħha. Althea ndirizzat lil missierha u qaltlu li għadha ma tistax temmen kif kellu jitlaqhom daqshekk malajr.
Qaltlu wkoll li tapprezza dak kollu li għamel magħha u mal-kumplament tal-familja u rringrazzjatu talli dejjem kien is-sinsla tal-familja. “Grazzi ta’ kollox pa, grazzi talli fik dejjem kelli mhux sempliċiment missier, iżda ħabib kbir tal-qalb.”
Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja Mifsud f’dan iż-żmien xejn faċli għalihom!