Anthea Schembri, maghrufa l-iktar għall-parteċipazzjoni tagħha fl-aħħar staġun ta’ Love Island Malta, staqsiet lil ChatGPT, “Kieku kelli nmut u xi ħadd li jafnix sab dan il-mobile, u staqsewh dwari, x’tgħidilhom int?” It-tweġiba tiegħu ħalliha sorpriża.
ChatGPT beda billi qal, “Tħobb fil-fond anke meta tipprova taħbiha. Ma tafdax malajr imma meta jimpurtaha minn xi ħadd, tagħtihom qalbha kollha. B’saħħitha iktar milli jirrealizzaw ħafna nies. Iġġorr responsabiltajiet li ħafna qatt ma raw.”
Fost affarijiet oħrajn, faħħar l-imħabba u l-kburija li għandha lejn uliedha, li huma r-raġuni għalxiex tibqa’ għaddejja fi ġranet diffiċli. Faħħar il-fatt li tinnota l-affarijiet żgħar, l-indipendenza tagħha, u l-kreattivita`tagħha.
Temm kliemu billi qal, “L-iktar ħaġa importanti għaliha kienet li tħalli lin-nies iħossuhom maħbubin, apprezzati, u iktar ferħanin minn kif kienu qabel iltaqgħu magħha.”
Ma naqsitx milli tammetti kemm ħassitha emozzjonata taqra dan kollu.
Facebook / Anthea Schembri