“Int Għalija Poeżija Mingħajr Tmiem” – Il-Preżentatriċi Elaine Sammut Tiċċelebra L-Ħames Anniversarju Ma’ Alex Mangion

Il-preżentatriċi lokali Elaine Sammut illum qed tiċċelebra l-ħames anniversarju mal-maħbub tagħha Alex Mangion. Permezz ta’ poeżija ħelwa u romantika fuq il-paġna tagħha, hi esprimiet kemm ifisser għaliha.

Hi ppubblikat it-taqbila:

“Le! Mhux ser ngħidlek li jien fik sibt dak li kont.

Qed infittex f'din il-ħajja, qatt ma

ħlomt li jien xi darba ser inħobb.

Tiegħi nagħmlek biex tul ħajti jiena ngħożż

Hekk kif rajt din is-sbuħija ta' min int

Meta ċ-ċpar mar, jien malajr dlonk fhimt

Li ma rridx telf ta' żmien

Int għalija poeżija mingħajr tmiem.”

Poeżija tassew ħelwa li turi biċ-ċar l-imħabba ġenwina ta’ bejniethom. Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat fil-ħames anniversarju tagħhom!

Ritratti:

Facebook / Elaine Sammut

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI