“Tant Raġunijiet Biex Inkun Grat” – Il-Membru Parlamentari Graham Bencini Jiċċelebra D-Disa’ Anniversarju Taż-Żwieġ

Il-Membru Parlamentari Graham Bencini qed jiċċelebra mument speċjali flimkien ma' martu hekk kif it-tnejn għalqu disa' snin miżżewġin. F'messaġġ emozzjonanti li qasam fuq il-midja soċjali, Bencini ħares lura lejn il-vjaġġ tagħhom flimkien u rringrazzja lil martu għall-imħabba u s-sapport li dejjem tatu.



"Disa' snin, żewġ ulied mill-isbaħ, żewġt iklieb – wieħed minnhom m'għadux magħna iżda qatt ma ntesa – u tant raġunijiet għal xiex inkun grat," kiteb Bencini, filwaqt li fakkar fil-familja sabiħa li bnew flimkien tul dawn is-snin.

Huwa semma wkoll il-kelb tagħhom li miet, iżda li, kif qal hu stess, "qatt mhu se jintesa." Fl-istess messaġġ, Bencini rringrazzja lil martu talli baqgħet dejjem maġenbu, u żied, "Grazzi lilek tas-sapport u talli bqajt maġenbi f'dan kollu. L-anniversarju t-tajjeb."

Awguri lil Graham Bencini u lil martu f'din l-okkażjoni speċjali, b'xewqat għal ħafna aktar snin ta' mħabba, saħħa u ferħ flimkien.

Ritratti:

Facebook / Graham Bencini

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI