“Malta Se Tospita L-Commonwealth Youth Games Fl-2027” – Il-Ministru Clifton Grima

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, il-Ministru għall-edukazzjoni, sport, żgħażagħ, riċerka u innovazzjoni, Clifton Grima, kiteb aħbar ta’ unur kbir għal pajjiżna.

Hu spjega, “Malta se tospita l-Commonwealth Youth Games fl-2027. Unur kbir għal pajjiżna – aktar minn 1,000 atleta minn 74 pajjiż se jikkompetu f’Malta u Għawdex.”

L-aħħar logħob kienu fis-sena 2023 u kienu saru fil-gżejjer Trinidad u Tobago. Din is-sena se jseħħu f’Malta, u l-atleti se jkollhom madwar 14 u 18 -il sena. Il-logħob se jkunu madwar Malta u Għawdex, u se jiffukaw fuq l-edukazzjoni u l-kultura ta’ Malta flimkien mal-isport.

Din hi opportunità eċitanti ferm għal pajjiżna għaliex l-atleti li se jiġu minn 74 pajjiżi oħrajn se jkollhom iċ-ċans li japprezzaw il-kultura Maltija.

 





Facebook / Clifton Grima



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI