Malta Tispikka Fost It-Tradizzjonijiet Tal-Għid Fuq Is-Sit Internazzjonali Sky News

Malta reġgħet ġibdet l-attenzjoni internazzjonali hekk kif dehret f’round-up speċjali ta’ Sky News li ġabar flimkien kif pajjiżi madwar id-dinja ċċelebraw l-Għid, waħda mill-aktar festi importanti fil-Kristjaneżmu.

Fil-post, li ġie maqsum ilbieraħ, ġew enfasizzati diversi tradizzjonijiet minn madwar id-dinja, iżda Malta spikkat għall-mod uniku u profond kif tiċċelebra din il-festa.

L-Għid f’Malta huwa magħruf għall-kuntrast qawwi bejn is-serjetà tal-Ġimgħa l-Kbira u l-ferħ ta’ Ħadd il-Għid. Matul il-Ġimgħa Mqaddsa, irħula u bliet Maltin jorganizzaw purċissjonijiet drammatiċi tal-Ġimgħa l-Kbira, fejn statwi kbar u parteċipanti jirrakkontaw xeni mill-Passjoni ta’ Ġesù. Dawn l-avvenimenti joħolqu atmosfera ta’ riflessjoni u emozzjoni, li tattira kemm lill-lokal kif ukoll lit-turisti.

Min-naħa l-oħra, Ħadd il-Għid iġib miegħu bidla totali fl-atmosfera. Iċ-ċelebrazzjonijiet isiru mimlija ferħ u enerġija, speċjalment bit-tradizzjoni popolari fejn l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt tinġarr fit-toroq, ħafna drabi b’ġirja li tissimbolizza l-ferħ tal-qawmien.

Din il-karatteristika unika kienet fost dawk li ġibdu l-attenzjoni ta’ Sky News, li enfasizzat kemm dawn it-tradizzjonijiet huma parti mill-identità kulturali u reliġjuża tal-gżejjer Maltin.

Int, kif qattajt jum l-Għid il-Kbir ilbieraħ?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI