Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-temp qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni rigward it-temp għall-jiem li ġejjin fi Sqallija, hekk kif persważ li bosta segwaċi jaf ikunu hemm.
Huma qalu, “Valerio Leonforte dwar il Maltemp li ser jinħoloq min-nhar il-Ħadd tard filgħaxija speċjalment għal dawk li ser ikunu Sqallija dan il-weekend u l-Ġimgħa dieħla. Qiegħed nibgħatilkom dan il-post biex tkunu tafu li Sqallija tista’ tinqabad ġo maltempata estrema. Allura b’hekk tkunu avżati u konxji tas sitwazjoni.”
Żiedu, “Min-naħħa ta’ hawn Malta l-indikazjoni hi li l-qofol ta’ xita estrema mhix ser tmissna, pero wara nofsinhar hi prevista (dejjem nhar it-Tnejn) xita moderata. Dwar ir-riħ ġa tajtkom avviż. Ser ikun qawwi ħafna mix-xlokk u għandkom fil-kummenti ta’ dan il-kitba li qiegħed intella. Jiena min-naħħa tiegħi nżommkom infurmati b’diversi aġġornamenti.”