Il-paġna uffiċjali ta’ Puttinu Cares awgurat lil Martina u Ryan, koppja li llum ingħaqdet fiż-żwieġ. Fuq il-paġna kitbulhom messaġġ mill-qalb.
Kitbu, “Martina, Ryan, illum niċċelebraw lilkom u l-imħabba ta’ bejnietkom! Nawgurawlkom ferħ li ma jintemm qatt, daħk, u xewqat sbieħ għal żwieġ mimli mħabba u memorji mill-isbaħ. Martina hi nurse fir-Rainbow ward u aħna vera kburin bik. Awguri! Kemm aħna eċitati biex narawkom neżlin timxu lejn l-artal. Nitolbu biex Alla jżomm idejh fuqkom it-tnejn. Nawgurawlkom ġurnata taż-żwieġ mill-isbaħ.”
Żiedu wkoll jgħidu li Ryan huwa suldat fil-Forzi Armati ta’ Malta u din is-sena ġie l-ewwel fir-Regatta!
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom mill-qalb f’din il-ġurnata speċjali!
Facebook / Puttinu Cares