Is-sensiela TA’ GERIT, li kienet ġiet magħrufa bħala l-iktar sensiela popolari fuq l-istazzjon nazzjonali, waslet fi tmiemha din il-ġimgħa. Matul it-tliet sensiliet, baqgħet iżżomm lill-udjenza tagħha fuq ix-xwiek, u saret parti mill-iskeda tat-telespettaturi ta’ kull ġimgħa.
Dan is-sajf tista’ terġa’ ssegwi l-istejjer TA’ GERIT! It-tim jikteb, “Matul is-sajf… Erġa’ segwi t-tielet sensiela TA’ GERIT fuq TVM. Nhar ta’ Ħamis u nhar ta’ Ġimgħa Fis-14:30. Illum ikompli bit-tielet episodju.”
Qegħdin issegwu?! M’għandniex dubju!
Facebook/ TA’ GERIT