"Meta Jistaqsuni, 'Imma X'Ifisser Għalik Il-Birgu?' Jien Ngħid Bi Tbissima, 'Kollox!'" – Luca Lorenzo

Illum jaħbat Jum il-Birgu! Il-preżentatur Luca Lorenzo huwa wieħed minn dawk li tant iħobb u jgħożż il-belt tal-Birgu, u fuq il-midja soċjali kemm-il darba jitfa’ posts relatati miegħu u lejn l-imħabba tiegħu lejh. 

Ħafna nies spiss jiċċajtaw miegħi dwar ‘l-ossessjoni’ tiegħi dwar il-Birgu… u meta jistaqsuni, ‘imma x’ifisser għalik il-Birgu?’ Jien ngħid bi tbissima, ‘Kollox!'” Luca jikteb li dwar kemm isem il-Birgu huwa wisq viċin tiegħu u tal-Ġirbin kollha u għandu sinifikat importanti għalihom.

“Għax jien riżultat tat-toroq tiegħek, l-istejjer tiegħek, u l-istorja tiegħek. Il-fatt li ismek huwa dejjem ħdejn tagħna jagħmilna, bħala Ġirbin, naħdemu iktar biex inkunu l-aħjar verżjoni ta’Ġirbin li nistgħu nkunu!” Luca jkompli jikteb li huma xxurtjati li huma mill-Birgu. Ma jonqosx li jxerred anke ritratti relatati ma’ din il-belt prezzjuża għalih.

Minn qalbna nawguraw l-isbaħ xewqat f’Jum il-Birgu lil Luca u lill-Ġirbin kollha! 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI