Il-preżentatur Brian Hansford kiteb dwar sitwazzjoni li sfortunatament għadha mhix daqshekk tajba madwarna – il-ħarsien tal-ambjent u l-indafa. Hawn ħafna nies jiġu jaqgħu u jqumu, u hu ċ-ċittadin stess li qed jiddisrispetta l-ambjent.
“Jekk naraw xi ħaġa ħażina tiġri u ma nirrappurtawhiex, jew agħar minn hekk, nipparteċipaw fiha, allura aħna wkoll parti mill-problema. Mhux biżżejjed li ngergru; irridu nieħdu r-responsabbiltà u nagħmlu l-parti tagħna. Malta tagħna lkoll, u biex titjieb, irridu naħdmu flimkien.”
Brian ikompli, “Irrispetta l-ġbir! Irrapporta min iniġġes! Malta hi darna. L-indafa tibda minna.” Xerred ritratt li sfortunatament huwa eżempju ċar ta’ kif mhux qed tinżamm l-indafa min-nies.