Il-personalità lokali Maxine Formosa Gruppetta qasmet mas-segwaċi tagħha mument speċjali ma’ binha l-għażiż u spjegat li għaliha, dan hu l-punt ta’ ħajjitha, li tqatta’ dawn il-mumenti sbieħ ma’ binha.
Hi kitbet, “Mhux kull vjaġġ jidher l-istess mod kif ħsibna jew nixtiequ li jkun, imma l-imħabba, il-ħajja u l-esperjenzi tagħna għandhom mod kif juruna x’inhu vera importanti fil-ħajja. Kull pass li nagħżel li nagħmel wassalni għall-mumenti bħal dawn. Biex inkun verżjoni aħjar tiegħi nnifsi u biex nipproteġi d-dinja tiegħi, id-dinja tiegħi hi x’qed inżomm f’idejja bħalissa.”
Qalet ukoll, “Aħna kollha importanti, kull pass, kull nifs, kull moviment. Jiena grata għall-punt tiegħi, u għall-iskop tiegħi fil-ħajja.”
View this post on Instagram
Instagram / @maxineformosagruppetta