L-indikazzjonijiet huma li mill-ġdid ħa nerġgħu naraw żieda fil-każijiet tal-Covid-19 f’pajjiżna. Gerald Fenech li tul dawn l-aħħar xhur żamm lill-poplu aġġornat dalgħodu kiteb li numri għoljin li qed jiżdiedu.
It-tabib Frank Portelli minn naħa tiegħu qal li hemm madwar 150 każ pożittiv sat-08:00 ta’ dalgħodu. Dan hu ammont ftit għola minn dak li nstab ilbieraħ, hekk kif ilbieraħ instabu 138 każ ġdid tal-Covid-19 f’pajjiżna.
Iz-Zija TT ukoll qalet li sa dalgħodu kien hemm madwar 150 każ. Il-kesħa u t-temp li qed jagħmel bħalissa żgur li ma tantx jgħin imma importanti li wieħed jimxi mal-miżuri tas-saħħa u jieħu ħsieb.
Flimkien nistgħu nkomplu niġġieldu din il-pandemija.