Skont is-sezzjoni tal-ippjanar tal-qtugħ tad-dawl tal-Enemalta fuq is-sit tagħhom qal li partijiet minn dawn is-seba’ lokalitajiet se jkunu qed jesperjenzaw xi qtugħ tad-dawl skedat għal għada.
Għada l-Ħamis 21 ta’ Jannar ħa jkun qed isir xi xogħol ta’ manutenzjoni. Il-ħinijiet ivarjaw bix-xogħlijiet kollha jibdew filgħodu u jdumu ftit sigħat jew jiġġebbdu sa wara nofsinhar, b’uħud minnhom ikomplu saħansitra mal-lejl.
Hawn huma l-lokalitajiet!
- Ir-Rabat bejn l-4:30 u t-15:00
- Il-Mosta bejn l-4:45 u l-12:00
- Ħaż-Żabbar bejn il-5:00 u s-7:00
- Ħal Lija bejn is-7.00 u t-15:00
- San Pawl Il-Baħar bejn it-8.00 u s-14:00
- Il-Qala bejn it-8:30 u s-14:30
- Il-Mellieħa bejn it-9:00 u s-14:00
Ikklikkja HAWN biex tiċċekkja t-toroq speċifiċi li se jiġu affettwati. L-Enemalta għandha wkoll servizz ta’ twissija bl-SMS li jibgħat messaġġ b’informazzjoni dwar qtugħ tad-dawl fil-viċinanza lil kull min ikun abbonat. Tista’ tirreġistra HAWN.