“Mill-Gossip Xtrajt Żewġt Idjar” – Storja Li Qajmet Dibattitu Sħiħ!

Timmaġinak tixtri żewġt idjar sempliċiment billi tkun taf x’inhu jiġri fil-viċinat? Din hija l-istorja li bħalissa tinsab qed iddur fuq il-midja soċjali. 

Miryam, mara mill-Kolombja, tgħid li għal snin twal kienet magħrufa bħala l-persuna li dejjem tkun taf x’inhu jiġri fil-lokalità tagħha. Min kien ikun irid ikun jaf xi aħbar jew xi “gossip”, erħilu jgħaddi s'għandha u jħallasha bejn 5,000 u 10,000 peso Kolombjan biex taqsam dak li tkun taf.

Hi tgħid ukoll li kienet iżżomm djarju bid-dati, ismijiet u dettalji dwar dak li kienet tisma’ biex tkun tista’ tikkonferma minn fejn tkun ġejja l-informazzjoni. Madankollu l-isbaħ parti tal-istorja hi li l-akbar qligħ tagħha ma kienx ġej minn dak li kienet tgħid, iżda minn dak li ma kinitx tgħid! 

Il-mara sostniet li xi persuni kienu jħallsuha sa 700,000 peso Kolombjan biex iżżomm ċerti sigrieti dwar relazzjonijiet jew kwistjonijiet tal-familja u ma xxerridhomx. Miryam ittemm billi tispjega kif bis-saħħa ta’ dawn il-flus irnexxielha tixtri żewġt idjar mingħajr ma kellha bżonn tieħu self.

 Għaldaqstant, din l-istqarrija għadha ma ġietx ivverifikata b’mod indipendenti.

Ritratti:

Fb/ Real Voices & Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI