Għall-anniversarju tat-twelid tal-Perit Duminku Mintoff, l-MP Rebecca Buttigieg qasmet riflessjoni, fejn faħħret il-kontribut tiegħu lejn Malta.
Hija qalet li wieħed mill-isbaħ kotba li qatt qrat kien dak dwar Mintoff, filwaqt li ddeskrivietu bħala “l-arkitett ta’ miżuri soċjali li l-poplu għadu jgawdi minnhom sal-lum.”
Rebecca Buttigieg żiedet tgħid ukoll li “mhux b’kumbinazzjoni li twieled f’Jum is-Salvatur,” b’referenza għas-6 ta’ Awwissu, il-festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej.
Il-Perit Duminku Mintoff twieled fis-6 ta’ Awwissu 1916 u jibqa’ wieħed mill-aktar figuri politiċi influwenti fl-istorja moderna ta’ pajjiżna.
Fb/ Rebecca Buttigieg