Maltemp Jaħkem Partijiet Minn Sqallija; It-Temperatura Tinżel Għal 16°C

Partijiet minn Sqallija bħalissa jinsabu milquta minn maltemp li ġab miegħu xita u tnaqqis fit-temperatura.

Filmat li qed jiċċirkola bħalissa fuq il-paġna Aġġornament tat-temp juri l-qagħda tal-kundizzjonijiet tat-temp, b’xita nieżla kontinwament u toroq imxarrba f’diversi lokalitajiet.

Skont l-aħħar aġġornament, it-temperatura f’dawn iż-żoni niżlet għal madwar 16°C, bid-differenza fit-temp tinħass sew meta mqabbla mal-ġranet sħan li għaddew.

L-awtoritajiet qed iħeġġu lir-residenti u lis-sewwieqa biex joqogħdu attenti waqt li jippersistu dawn il-kundizzjonijiet ta’ maltemp, hekk kif ix-xita tista’ twassal għal viżibilità mnaqqsa u toroq jiżolqu.

Ritratti:

Fb/ Aġġornament tat-temp

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI