Min Jieħu T-Tilqima Tal-Covid-19 Jista’ Jagħti D-Demm?

It-tilqim kontra l-Covid-19 għaddej b’ritmu ġmielu, infatti proprju sal-bieraħ 23 ta’ Frar ġew mogħtija 68,779 tilqima. Ħafna qed jistaqsu jekk dawk kollha li ħadu l-vaċċin tal-Covid-19 jistax jagħti demm. Ir-risposta hija… iva wieħed jista’ jagħti d-demm iżda tajjeb li wieħed jimxi mad-direttivi maħruġa.

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jistqarr li wieħed dejjem irid iħalli sebat ijiem jgħaddu qabel jersaq biex jagħti d-demm, irrelevanti mit-tip, jew jekk hux l-ewwel jew it-tieni doża. Huma jżidu wkoll li jekk wieħed ikollu sintomi ħfief, is-sebat ijiem għadhom jibdew jgħoddu minn wara li jkunu għaddew is-sintomi.

Bħalissa hawn ħtieġa kbira għad-demm, jiġifieri dawk kollha li huma mħajrin jagħtu d-demm huma importanti li jersqu fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8:00 sas-18:00.

Tajjeb li tkunu tafu li l-mobile blood donation unit nhar il-Ħadd 28 ta’ Frar ser ikun fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi. Dakinhar il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun mit-8:30 sas-13:00. Filwaqt li f’Għawdex ħa jkunu fil-Berġa tax-Xewkija mit-8:00 sas-13:00.

Tajjeb li tkunu tafu wkoll li dawk li qed jistennew biex jagħmlu s-swab test jew jistennew ir-riżultat tiegħu ma jistgħux jagħtu demm sakemm joħroġ riżultat COVID-19 NEGATIVE. Min min ikun ġie ittestjat pożittiv għall-Covid-19 ikun jista’ jagħti demm 4 ġimgħat minn wara li jkunu għaddew l-aħħar sintomi.

Ta’ min ikollu nsemmi li min jagħti d-demm irid iħalli 7 jiem jgħaddu qabel jersaq biex jieħu t-tilqima Covid-19.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI