" Min Kellu Jgħidilna Li Dan Kien Se Jkun L-Aħħar Ritratt Li Se Tieħu F'Malta" – Vanessa Gatt Taqsam Ritratt Prezzjuż Ta' Bintha Emily

Kien propju bħal-lum meta ċ-ċkejkna mibkija Emily kellha ssiefer barra minn Malta għall-kura. Fil-fatt dakinhar ġewwa r-Rainbow Ward kien sar festin żgħir għaċ-ċkejkna. 

Ommha Vanessa ħalliet messaġġ ta’ qsim il-qalb flimkien mal-aħħar ritratt li ħadet Emily f’Malta. “Bħal-lum sena konna fi triqitna għar-Renju Unit bħalissa. Dan ir-ritratt waqt il-fairwell party li kellek ġo Rainbow Ward qabel ma tlaqna. Min kellu jgħidilna li dan kien se jkun l-ahhar ritratt li se tieħu f’Malta u li se nerġa’ niġi lura mingħajrek. Iebsa mingħajrek sabiħa tiegħi.”

Strieħ fis-sliem anġlu sabiħ – kompli ħu ħsieb il-familja tiegħek kollha minn hemm fuq.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI