Min Ser Jippreżenta L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa Illejla? Ser Jirritorna Mark?

Il-ġimgħa l-oħra fil-bidu tal-programm, il-ġurnalist Fabian Demicoli ħabbar li Mark Laurence bħalissa jinsab f’iżolazzjoni hekk kif kien qrib ta’ xi ħadd li kellu l-Covid-19. Illum jirritorna l-programm popolari ta’ diskussjoni, fejn ser ikun hemm diskussjoni fuq dak li qed jiġri l-Amerika.

Bħalissa Joe Biden għadu kemm sar il-President tal-Amerika. Imma l-programm għal darboħra mhux ser jippreżentah Mark, imma ser imexxi Fabian li l-ġimgħa l-oħra għamel biċċa xogħol tajba ħafna. Dan hu suġġett għal qalb Fabian, fl-elezzjoni ta’ bejn Trump u Clinton Fabian kien preżenti fl-Istati Uniti isegwi x’kien qed jiġri.

Illejla fil-programm nitkellmu ma’ persuna li kienet taħdem ma’ Joe Biden, mal-Ambaxxatur Malti għall-Istati Uniti li bħalissa qiegħed preżenti għall-ġurament tal-ħatra ta’ Biden, u nitkellmu mal-ex Prim Ministri ta’ Malta, Dr Joseph Muscat u Dr Lawrence Gonzi. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI