Il-preżentatur popolari Norman Hamilton kiteb dwar dak li ġara dan l-aħħar, hekk kif kellu jidħol fi sptar darbtejn.
"Xtaqt naghmel ftit ringrazzjamenti wara li dan l-ahhar, minghajr mistenni, spiccajt f’zewg Sptarijiet fejn b’kollox qattajt 10 t’ijiem rikoverat fl-Isptarijiet Mater Dei u St. James Sliema. Bdejt fl-Emergenzi ta’ dawn l-Isptarijiet."
Norman ikompli, "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja l-istaff kollu taz-zewg Sptarijiet li minkejja l-iffullar, bil-pacenzja kollha u bi professjonalita liema bhala hadu hsieb li jiehduli it-testijiet kollha mehtiega qabel ma tellawni fil-wards rispettivi."
Hu ħa ħsieb jirringrazzja lit-tim mediku kollu fiż-żewġ sptarijiet li kienu hemm għalih u għal tant pazjenti oħra. Jesprimi gratitudni lejn il-ħidma professjonali tagħhom.
Ħu ħsieb għażiż Norman! Nittamaw li jħossok aħjar!
Facebook/ Norman Hamilton