Jitlesta R-Restawr Fuq l-Istatwa Tal-Madonna Tal-Aħrax Fil-Mellieħa U Jinkixef Pedestall Oriġinali Li Kien Ilu Moħbi Għal Snin Twal

Il-wirt storiku u reliġjuż tal-Mellieħa reġa' ngħata l-ħajja hekk kif tlestew ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq l-istatwa devozzjonali tal-Madonna tal-Aħrax, li tmur lura għal madwar 150 sena. Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, is-Sindku tal-Mellieħa Gabriel Micallef wera s-sodisfazzjon kbir tiegħu għat-tlestija ta’ dan il-proġett, li kien ilu jiġi segwit mill-qrib mal-awtoritajiet sa minn Mejju tal-2025.

Matul il-proċess delikat tar-restawr, kien hemm ukoll skoperta storika interessanti hekk kif inkixef il-pedestall oriġinali tal-ġebel, li għal għexieren ta’ snin sħaħ kien magħluq u moħbi ġewwa struttura tal-konkos. Micallef irringrazzja lid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni u lill-ħaddiema kollha involuti tal-ħidma siewja tagħhom biex din l-istatwa b'valur kulturali kbir reġgħet tqiegħdet f’postha fl-isbaħ glorja tagħha.

Proġett ieħor li jikkonferma l-importanza tal-ħarsien tal-monumenti u l-patrimonju storiku li jsawru l-identità tal-lokalitajiet tagħna.

Ritratti:

Facebook/Gabriel Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI