Bħal-Lum 49 Sena Miet Ir-Re Tar-Rock ’N’ Roll Elvis Presley

Bħal-lum, 49 sena ilu, id-dinja tilfet waħda mill-akbar ikoni fl-istorja mużikali, Elvis Presley, magħruf madwar id-dinja bħala r-“Re tar-Rock ’n’ Roll”. Elvis miet fis-16 t’Awwissu tal-1977 fid-dar tiegħu, Graceland, f’Memphis, Tennessee, fl-età ta’ 42 sena.

Imwieled fit-8 ta’ Jannar tal-1935 f’Tupelo, Mississippi, Elvis beda l-karriera mużikali tiegħu fl-1954 ma’ Sun Records. Fi ftit snin sar sensazzjoni internazzjonali, grazzi għall-vuċi distinta tiegħu. Fost l-aktar kanzunetti magħrufa tiegħu nsibu Heartbreak Hotel, Jailhouse Rock, Hound Dog u Can’t Help Falling in Love. Matul ħajtu rebaħ tliet Grammy Awards u ħadem ukoll f’għexieren ta’ films.

L-aħħar kunċert tiegħu sar fis-26 ta’ Ġunju tal-1977 f’Indianapolis. Inqas minn xahrejn wara, Elvis miet f’Graceland, propju lejlet il-ġurnata li fiha kellu jitlaq għal sensiela oħra ta’ kunċerti.

Kważi nofs seklu wara mewtu, il-mużika u l-wirt ta’ Elvis Presley għadhom ħajjin, u ismu jibqa’ wieħed mill-aktar magħrufa fl-istorja tad-dinja mużikali.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI