Lennon John huwa ġuvni Malti li jbati bil-marda rari tal-IRD, Infantile Refsum Disease. Din hi marda li tirrikjedi terapija regolari biex tgħinu jikkontrolla s-sintomi tiegħu. Kull ġurnata ġġib l-isfidi tagħha magħha, iżda permezz tal-kuraġġ u l-appoġġ li jagħtuh is-segwaċi tal-paġna, hu jagħmel ħiltu biex ikompli għaddej u huwa ta’ ispirazzjoni għalina lkoll.
Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu kiteb, “Dan kien jien, fis-sena 2019, qabel il-marda rari tiegħi ħadet ir-riedni kompletament. Qatt ma nista’ nirritorna għal dak it-tifel nerġa’, imma jgħix fija, u jien inġorr l-ispirtu tiegħu f’kull ġlieda u sfida li naffaċċja kuljum.”
Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti pożittivi fejn diversi persuni qalulu kemm hu tifel prezzjuż u maħbub. Kuraġġ għażiż Lennon!
Facebook / Lennon John – Fighting IRD