L-istorja ta’ attur li fi tfulitu kien jirreċta f’Hollywood u llum il-ġurnata spiċċa jittallab fit-triq qajmet sensazzjoni fuq il-midja soċjali tant li ħafna minn madwar id-dinja issa qed jingħaqdu sabiex jgħinuh.
Meta kellu madwar 15-il sena, l-attur Taylor Chase li llum għandu 36 sena, kien ħa sehem fis-sensiela Amerikana ‘Ned’s Declassified School Survival Guide’ li dak iż-żmien kienet ixxandret fuq l-istazzjon tat-tfal Nickelodeon u kien irnexxielha tattira mas-60 miljun ruħ sabiex isegwu.
Issemma li matul dawn l-aħħar snin, l-attur beda jaffaċja diversi problemi mentali fosthom skizofrenija filwaqt li beda wkoll jabbuża minn ċerti drogi. Ingħad li kien proprju minħabba f’hekk li ħajjet l-attur ħadet dan l-andament diżappuntanti.
Issa b’xorti tajba, wara li bis-saħħa tal-midja soċjali l-istorja tiegħu ġiet magħrufa għal miljuni minn madwar id-dinja, l-attur qed jingħata l-għajnuna medika li għandu bżonn.
@tylor.chase1 ♬ original sound – Tylor Chase
YouTube / Wild Management u TikTok / @tylor.chase1