Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni dwar Emanuel, li kien ġie ppreżentat 4 rekords nazzjonli.
Beda billi qal, “Emanuel Azzopardi mhuwiex isem ġdid għal The Malta Records. Ftit tax-xhur ilu morna nżuru lil Emanuel f'garaxx ġewwa Ħal Kirkop u konna ppreżentajnilu 4 rekords nazzjonali ta' wħud mill-ħafna kollezzjonijiet li għandu. Wieħed minn dawn ir-rekords kellu x'jaqsam mal-ikbar ammont ta' żibeġ tal-logħob, li dak iż-żmien kien jammonta għal 44,000 żibġa.”
Żiedu jgħidu, “Minn dak iż-żmien Emanuel baqa' bl-entużjażmu li jkabbar din il-kollezzjoni. U nistgħu ngħidu li għamel dan bil-kbir għax l-ikbar ammont ta' żibeġ tal-logħob għand individwu llum ilaħħaq total ta' 229,440 żibġa. Mill-ġdid nirringrazzjaw lil Emanuel li laqagħna fi ħwejġu u nawgurawlu aktar suċċessi fil-bosta kollezzjonijiet li tant huma għal qalbu.”