Martha Ann Lillard, magħrufa bħala l-aħħar persuna fl-Istati Uniti li kienet għadha tiddependi fuq apparat magħruf bħala “iron lung”, mietet fl-età ta’ 78 sena. Hija ġiet iddijanjostikata bil-poljo meta kellha biss ħames snin, u minn dak iż-żmien għexet permezz ta' dil-magna li kienet tgħinha tieħu n-nifs.
Minkejja l-isfidi kbar ta’ saħħa li affrontat matul ħajjitha, Martha baqgħet persuna kreattiva u determinata. Kienet tikteb il-poeżiji, tikkomponi il-mużika, fost ħafna affarijiet oħra. Il-familja tagħha qalet li mietet wara kumplikazzjonijiet marbuta mal-COVID fit-tul u problemi respiratorji kroniċi.
Tistrieħ fis-sliem.
David J Harris Jr