Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kantant Ike li nafuh għar-rappreżentazzjoniji tiegħu f’isem Malta fil-Junior Eurovision Song Contest flimkien ma’ Kaya. Huma kienu kisbu popolarità grazzi għad-dehra tagħha fuq Malta’s Got Talent.
Trixie tibda billi tgħid, “Awguri għas-16-il sena, għażiż ibni Ike Mizzi. Minn meta twelidt, qalbi qatt ma kienet l-istess. Int wieħed mill-akbar rigali ta’ ħajti. Li narak kif qed tikber, titgħallem u ssir il-persuna li int illum jimlieni b’kburija u mħabba li ma tistax titkejjel.”
Hi żżid, “F’kull pass li tieħu, ftakar li jien dejjem miegħek, anke meta l-ħajja tkun diffiċli. Hekk kif tidħol f’dan il-kapitlu ġdid u sabiħ ta’ ħajtek, ftakar li int maħbub aktar milli kliem jista’ jesprimi, kapaċi għal kollox u qatt waħdek.”
Hi ttemm tgħid, “Emmen fik innifsek daqs kemm nemmen jien fik. Ibqa’ oħlom u kun int min int. Jien kburija bik illum u dejjem. Ftakar, dejjem — tkun fejn tkun u tkun x’ikun qed tiffaċċja — dejjem għandek dar f’dirgħajja u mħabba li ma tintemm qatt. Inħobbok.”
Facebook / Ike Mizzi