Minn Nhar It-Tnejn It-Testijiet Tal-Covid-19 Ser Jiżdiedu B'5 Darbiet!

Fid-diskors tiegħu, id-DPM Chris Fearne qal li t-Tnejn li ġej ser ikun hemm hub ġewwa l-ajruport. Bis-saħħa ta’ rapid test, dan il-hub ser ikun qed jgħin biex mhux sempliċi nirdupjaw it-testijiet imma ħa niżduh b’ħames darbiet.

Ifisser il-passiġieri li ġejjin mill-pajjiżi ‘Amber’ ser inkunu nistgħu niswabjawhom mill-ewwel u “Nżommuhom taħt kontroll”. Chris Fearne jirringrazzja lill-ħaddiema fil-contact tracing.

Fid-diskors jgħid ukoll li ser jiżdiedu 200 infermier ġdid biex niġġieldu l-battalja tal-Covid-19.  Ħafna mill-infermiera l-ġodda huma barranin, għax infermiera Maltin jaħdmu eżatt xħin jigradwaw. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI