Wieħed mill-kunsilliera taż-Żejtun, Sean Chircop tana aħbar esklussiva, kif wieħed jista’ jsir is-sindku taż-Żejtun! Kif imma? L-elezzjoni mhux diġà għaddiet?!
Fuq il-midja soċjali tiegħu, Sean Chircop qal li l-kunsill lokali se jniedi logħba innovattiva, f’forma ta’ kwizz dwar tagħrif fuq iż-Żejtun. L-informazzjoni li fiha din il-logħba taqa’ taħt erba’ katergoriji: il-kultura, l-istorja, il-patrimonju u l-personaġġi. X’idea hux?!
Din il-logħba hija edukattiva wkoll għax fuq kull karta tal-logħba tista’ ssib aktar informazzjoni dwar it-tweġibiet. Min jgħaqqad il-mitt punt l-ewwel, jieħu t-titlu tas-sindku taż-Żejtun! Naturalment jekk tkun Żejtuni, tirbaħ żgur għax għandek tkun taf aktar tagħrif dwar il-post fejn tgħix.
Din il-logħba tista’ tinġabar mill-Kunsill Lokali minn nhar it-Tnejn li ġej! It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jgħid prosit lil dawk kollha li kienu involuti f’din l-idea oriġinali. Barra li qed teduka lin-nies dwar iż-Żejtun, hija bil-lingwa tagħna! Prosit tassew!
Facebook / Sean Chircop