Lil Joseph Mangion, jew kif sar magħruf ma’ Malta kollha bħala l-Kapxi, nafuh bħala r-raġel li seraq il-qalb tal-Maltin bil-prestazzjonijiet tiegħu fuq Malta’s Got Talent. Hu żvela li l-għażiż missieru għadu kif fieq mill-Covid-19 fl-età ta’ 92 sena!
“Dan ħadtu nhar il-Ħadd li għadda,” qal il-Kapxi hekk kif żvela ritratt fuq il-midja soċjali. “Morna nżuru lill-għażiż missieri. Kienu tnejn fil-kamra u kellhom il-Covid. L-iehor b’dispjaċir miet u missieri Alla jbierek ħareġ minnha avolja għandu 92 sena. Viva l-kbira Santa Marija li tant inħobb.”
Aħna nittamaw li dan ir-raġel jibqa’ jkollu saħħa daqshekk tajba! Awguri ta’ din l-aħbar tant sabiħa.
Facebook/Malta, News, Photos and People