Hekk kif bħalissa bdew jolqtu lil ċerti nħawi madwar il-gżejjer Maltin xi ħalbiet tax-xita, l-paġna Aġġornament tat-Temp qed tbassar li din ix-xita se tkun qed tippersisti matul il-lejl kif ukoll għada filgħodu.
Skont l-istess paġna iżjed ħalbiet tax-xita mbagħad se jkunu qed jolqtu lil pajjiżna l-Ħadd.
“Dan huwa l-aqwa temp li jtina ftit xita sewwa… dan it-temp ta’ bħalissa qiegħed ikompli jikber,” spjega s-sit Aġġornament tat-Temp.
It-temperatura f’dawn il-ġranet se tvarja bejn 17°C u 12°C.
Facebook / Malta Info Guide u Pexels