"Għadni Ma Nistax Nemmen Li Minkejja L-Ħajja Tefgħetni Fi Triq Kompletament Differenti, Xorta Spiċċajt Fuq Dan Il-Palk." – Lorinda Mamo

Lorinda Mamo hi waħda mill-personalitajiet magħrufa fuq il-midja soċjali li kontinwament taqsam bosta riflessjonijiet u ħsibijiet, li bla ma taf tkun qed tgħin lis-segwaċi. Mingħajr ma taf, kienet u għadha ta’ ispirazzjoni għal ħafna nies.

Waħda mix-xewqat tagħha saret realtá wkoll, fejn tkellmet fil-pubbliku waqt preżentazzjoni ta’ TEDxUniversityofMalta. “Għadni ma nistax nemmen li minkejja l-ħajja tefgħetni fi triq kompletament differenti, xorta spiċċajt fuq dan il-palk,” tikteb Lorinda. 

Tkompli billi tagħti parir ta’ kuraġġ u tama lil dawk li forsi għandhom xi ambizzjoni. “Xi drabi, il-mod kif tasal ‘hemm’ (ikun fejn ikun) mhuwiex il-mod kif timmaġina. Madanakollu, ibqa’ leali lejk innifsek, kompli esponi lilek innifsek, u ħalli l-istorja tiżvolġi – u l-ħajja tissorprendik.”

Lorinda kellha preżentazzjoni bit-titlu: Storja ta’ Qawwa u Reżiljenza. Kull min isegwi lil Lorinda fuq Instagram, jaf li l-istorja tagħha hi tassew ta’ kuraġġ u tama għalina lkoll. Prosit Lorinda!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI