Kull min ikollu t-tfal kulħadd jgħidlek… it-tfal jikbru malajr! U jidher li hekk ġralu t-tifel ta’ Moira, Gianni Delia. Illum Gianni kien qed jiċċelebra l-23 sena tiegħu.
B’sens ta’ nostalġija, fuq il-medja soċjali Moira żvelat żewġ ritratti – wieħed ta’ meta Gianni kien għadu kif twieled u ieħor ta’ Gianni kif jidher illum il-ġurnata.
X’differenza! Aħna minn Gwida.mt nittamaw li Gianni kellu ġurnata mill-isbaħ u gawdiha kif seta. Awguri Gian!
Facebook/Moira Delia