"Kont Għamiltilha Invit Biex Meta Trid Tiġi Tqatta' Ġurnata Magħna… L-Istudenti L-Oħra Laqgħuha Qisha Ilha Snin Magħna!" – Is-Surmast Lelio Spiteri

Is-surmast Lelio Spiteri kiteb dwar mumenti ħelwin illum ġewwa l-iskola tal-Happy School, fejn kellhom mistiedna speċjali. Darba Lelio kien semma li ltaqa’ ma’ tifla u wriet tant imħabba lejn il-Happy School.

“Taf kollox fuqi, fuq l-iskola. Dakinhar kont għamiltilha invit biex meta trid tiġi tqatta’ ġurnata magħna. Dan kollu seħħ illum. Taylor, li tattenti skola tal-knisja, ġiet l-iskola tagħna u damet jum sħiħ fil-Year 5 Starfish.”

Tħobb kollox fl-iskola fejn jgħallem Lelio. “L-istudenti l-oħra laqgħuha qisha ilha snin magħna! Ara t-tfal kemm jgħallmuna tafux! Grazzi Taylor talli ġejt iżżurna,” jagħlaq is-surmast.





Facebook/ Lelio Spiteri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI