Mara U Żewġ Fniek Salvati Min-Nirien Ġewwa Dar Il-Gżira

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Civil Protection Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom aħbar tajba, fejn qalu li riċentament ġiet salvata mara u żewħ fniek tagħha li kienu ġewwa dar il-Gżira.

Huma qalu, “Dalgħodu, mara flimkien ma’ żewġ fniek ġew salvati min-nirien. Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna fuq il-post mit-tim mediku tad-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, wara li sofriet minn inalazzjoni tad-duħħan. In-nirien ġew ikkontrollati minnufih. Civil Protection Malta tixtieq tirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta kif ukoll lid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei għall-appoġġ u l-assistenza kontinwa tagħhom.”

Kuntenti immens li din l-istorja spiċċat b’wiċċ il-ġid u prosit kbira lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u lil dawk kolla li taw l-għajnuna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI