Għandek l-aspirazzjoni li xi darba jew oħra ssir kok, jew forsi sempliċiment tħobb issajjar għall-familja jew għall-ħbieb tiegħek u tixtieq timpressjonahom bl-ikla li jmiss? Jekk iva, mela żgur li m’għandekx titlef l-avveniment li jmiss fis-sensiela ta’ designMT b’tema unika – Flavour by Design!
Imfassal b’kollaborazzjoni bejn il-Malta Crafts Foundation u l-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS), dan l-avveniment se jkun qed ipoġġi l-prodotti artiġjanali lokali fil-qalba ta’ sessjoni kreattiva ta’ tisjir, fejn l-arti kulinari tiltaqa’ mad-disinn u s-snajja’.
View this post on Instagram
Fl-ewwel sessjoni ta’ din is-sensiela, il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità li jaħdmu b’ingredjenti friski u tradizzjonali magħmula minn produtturi lokali — fosthom ġobon frisk, għasel, marmellata, relish, u tapenade, fost ħafna prodotti ġenwini oħra.
Dawn se jintużaw biex jinħolqu żewġ platti, appetizer u starter, li mhux biss jiftħulek l-aptit malli tarahom, iżda wkoll jiċċelebraw il-wirt gastronomiku u kulturali Malti.
Din is-sessjoni se ssir nhar il-Ħamis, 24 t’April, bejn il-17:00 u d-21:00, fl-ITS Training School f’Ħal Luqa. Se tkun esperjenza interattiva u edukattiva, idejali għal dawk li jixtiequ jesploraw ingredjenti lokali u modi ġodda kif jinkluduhom fit-tisjir tagħhom.
Il-postijiet huma limitati, għalhekk fittex li tirreġistra kemm jista’ jkun malajr minn hawnhekk: https://trainingschool.its.edu.mt/course?course_code=TSSC0116&fbclid=IwY2xjawJkYvZleHRuA2FlbQIxMAABHtFooF4z5Ty9HlypBeAmp9XO6C4QAbJuDww3A96QKkgwrSx8_NtOVHnha48H_aem_26wYa3Hljf1TLacrGaZ1fw
Din l-attività hija waħda minn sensiela ta’ avvenimenti tematiċi li qed isiru fil-qafas ta’ designMT, li ġiet imnedija s-sena l-oħra bħala esposizzjoni tad-disinn kontemporanju f’Malta, b’lenti partikolari fuq erba’ temi: id-disinn diġitali, il-moda, id-disinn tal-ispazju madwarna, u l-ikel u x-xorb.
Għal aktar dettalji tista’ ssegwi l-paġna ta’ designMT fuq Facebook jew Instagram.