L-attur lokali Sonic-j Aquilina Glynn ifakkar il-jum meta hu u martu Dinahlee taw kelma lil xulxin u bdew il-vjaġġ tagħhom tal-ħajja miżżewġa.
Kienu mumenti li bla dubju qanqlu ħafna emozzjonijiet, mumenti li ma jistgħu jinsew qatt. Xi ħaġa oħra speċjali li kellhom f'din iċ-ċelebrazzjoni hi li l-attriċi bravissima Ines Farrug, mexxitilhom iċ-ċerimonja tal-wegħdiet.
"Qalbi ninsabu lejliet l-ewwel anniversarju mit-tieġ tagħna u llejla xtaqt nitfa l-mument x'ħin għidna IVA lil xulxin fil-ġurnata tant speċjali għalina. Mument uniku li ma ninsewh qatt. Grazzi kbira ukoll lil Ines Farrugia li għamlitilna dan il-mument aktar speċjali."
Awguri minn qalbna fl-ewwel anniversarju!
Facebook/ Sonic-j Aquilina Glynn