Miss World Malta Nicole Spiteri Qed Tispikka Fil-Kompetizzjoni Internazzjonali Ta’ Miss World 2026 – B’Diversi Paġni Internazzjonali Qed Isemmu Lil Pajjiżna

Nicole Spiteri, ir-rappreżentanta Maltija f’Miss World 2026, tidher li diġà qed tħalli impressjoni pożittiva ferm fil-Vjetnam, hekk kif il-kompetizzjoni għadha fl-ewwel fażijiet tagħha.

Diversi paġni internazzjonali li jsegwu mill-qrib id-dinja tal-pageants qed ipoġġu lill-Maltija fost l-uċuħ li wieħed għandu jżomm għajnejh fuqhom matul din l-edizzjoni. Dan ċertament huwa sinjal inkoraġġanti għal Nicole, speċjalment meta wieħed iqis il-livell għoli u n-numru kbir ta’ parteċipanti.

Fil-fatt, din is-sena Miss World qed tlaqqa’ flimkien 111-il kontestanta minn madwar id-dinja, li kollha qed jikkompetu għal post fil-fażijiet finali tal-kompetizzjoni. Għalhekk, li rappreżentanta minn pajjiż żgħir bħal Malta tibda tiġbed l-attenzjoni daqshekk kmieni fil-kompetizzjoni huwa riżultat pożittiv fih innifsu.

Nicole mhix qed tirrappreżenta lil Malta biss bħala mudella. Il-proġett tagħha Beauty With a Purpose, Light the Way, jiffoka fuq l-għajnuna lil persuni vulnerabbli u komunitajiet differenti, fosthom tfal fil-kura, persuni b’diżabbiltà u vittmi ta’ vjolenza domestika. Issa wieħed irid jara jekk din l-impressjoni pożittiva tal-ewwel jiem tissarrafx ukoll f’riżultati tajbin fl-isfidi u fil-fażijiet eliminatorji.

Miss World 2026 se jilħaq il-qofol tiegħu bil-finali fil-5 ta’ Settembru fil-Vjetnam. Nawguraw lil Nicole kull suċċess. Min jaf, forsi din is-sena Malta għandha ċ-ċans li terġa’ tagħmel il-marka tagħha f’Miss World!

Ritratti:

Facebook / Nicole Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI