Illum Huwa L-Jum Internazzjonali Tal-Fotografija! – Kemm Kapaċi Jkunu Prezzjużi R-Ritratti!

Fotografija

Kull sena fid-19 t’Awwissu niċċelebraw il-jum dinji tal-forografija. Din il-ġurnata tfakkar ix-xogħol siewi li jagħmlu l-fotografi, u jħeġġu lill-oħrajn biex jidħlu f’dan il-qasam.

Apparti li hu passatemp, il-fotografija huwa xogħol ta' ħafna, li jgħin biex inkunu aġġornati b'dak li qed jiġri madwarna. Il-fotografija kapaċi tkun stampa ċara tar-realtà t'hemm barra.

Il-Franċiżi Louis Daguerre u Joseph Nicephore Niepce żviluppaw l-ewwel proċess fotografiku fl-1873, li semmewh ‘Daguerrotype’.

Dan qajjem l-interess ta’ ħafna nies, minħabba li f’dawk iż-żminijiet, biex ikollok tifkira ta’ xi ħaġa, trid bilfors tpinġiha bl-idejn, u din l-invenzjoni ma tirrekjedix li wieħed ikun xi artist prim, u hija ħafna iktar effiċjenti.

Fid-19 t’Awwissu 1839 il-gvern Franċiż xtara din l-invenzjoni miż-żewġ irġiel u taha bħala rigal lid-dinja. B’hekk issa l-jum dinji tal-fotografija jiġi ċċelebrat kull sena f’dik id-data.

Naqblu li mn'alla teżisti l-fotografija biex ikollna tant memorji differenti?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI