L-AAA ħabbru fuq il-paġna uffiċjali tagħhom każ ieħor ta' qsim il-qalb fejn żewġ ġriewi ċkejkna nstabu abbandunati f'kundizzjoni xejn tajba.
"Kuljum inħarsu lejn dawn l-annimali li jidħlu u nistaqsu kif jirnexxielu jasal s'hawn il-bniedem? Minflok ma abbandunahom, is-sid seta' faċilment tana dawn il-ġriewi ta' 8 ġimgħat u konna nagħtuh vawċer għal sterilizzazzjoni b'xejn."
AAA jinfurmaw lill-pubbliku li għalissa dawn il-ġriewi ma jistgħux jaqbdu u jingħataw għall-adozzjoni. "Il-ġriewi għadhom mhumiex lesti għall-adozzjoni jew għar-riservazzjoni, minħabba li żgħar wisq"
Madanakollu inti tista' tgħin kif tista'. Ara aktar hawn taħt.