F’April li għadda, il-kantant Kevin Borg sofra telfa kbira. Wieħed mill-akbar ħbieb tiegħu Clint Mizzi tilef ħajtu. Illum suppost kellha tkun il-ġurnata li Clint kien se jiċċelebra għeluq sninu.
Fuq il-midja soċjali, Kevin kiteb: “Għażiż Clint, illum għeluq sninek u aħna se ningħaqdu fit-talb biex noffrulek tislima lejn il-ġenna. Hi diffiċli ħafna imma llejla se nkanta għalik fil-knisja għax naf li l-ispirtu tiegħek dejjem se jibqa’ magħna f’qalbna. Sakemm nerġgħu niltaqgħu ħija, strieħ fil-paċi.”
Kuraġġ Kevin. Strieħ fis-Sliem Clint.
Facebook/Kevin Borg