In-nannu tal-attriċi Lara Azzopardi u missier Angela Agius, Vincent Agius, illum kien qed jiċċelebra għeluq sninu! Wieħed mill-modi li t-tnejn li huma ferħulu kien billi kitbulu messaġġ fuq il-midja soċjali.
“Xewqat Sbieħ Nanninu tant għażiż għalina. D-dinja għandna bik. Inħobbok immens,” kitbet Lara.

Angela qaltu: “Għadni nħossni tifla żgħira meta nħares f’għajnejk. Jekk nista’ nkun nofs il-persuna li int int, inqis lili nnifsi bħala bniedma straordinarja. Grazzi talli turini t-triq, Pa, talli dejjem kont hemm għalija u talli int torri ta’ saħħa meta jkolli bżonn spalla.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Vincent u nittamaw li kellu ġurnata mill-isbaħ mal-familja għażiża tiegħu. Awguri mill-qalb!
Facebook/Lara Azzopardi