Il-Viċi-Sindku ta’ Birżebbuġa, Josette Busuttil, tħalli dan il-ħsieb li fih x’tomgħod mill-pjattaforma soċjali tagħha.
“Napprezza l-ikel għax ninzel mal fqir, napprezza l-ilma għax inkun ma min hu mejjet bil-għatx. Napprezza l-ħajja għax doqt il-mewt ,Napprezza l-omm għax jien wellidt lil għażiża binti.”
U kompliet, “Napprezza s-saħħa għax id-destin għoġbu jirregali l- morr. Nkun pożittiva u nilqa’ dak li ħa jogħġbu jirregalani d-destin u nħares ‘l quddiem mħux billi nibki xortija imma nkun b’saħħti iktar iktar ha naħdem u noffri għajnuna għal min hu bla saħħa.”
U spiċċat billi awgurat “L-għodwa t-tajba ħbieb.”
Erba’ kelmiet li fihom tassew x’tixtarr u tomgħod għaliex fil-ħajja jekk ma dduqx dak li hu mrar kif ser tapprezza dak li huwa tajjeb u mhux għal dejjem?