Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Ivan Gaffiero qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ importanti immens, li tajjeb kieku jifmuh ċertu nies.
Beda billi qal, “Naqra ċertu affarjiet fuq Facebook, ngħid dawn possibli … Kulħadd irid jara kif ikisser lil ħaddieħor, kulħadd sar jaħseb li sar xi influencer, kulħadd sar jaħseb li hu artist, fotografu, ġurnalist. Naħseb iżżejjed Issa. Kieku kulħadd jagħmel ħajtu nkunu ħafna aħjar.”
Żied, “Mhux qed nikteb għalija, għax jien ma sirt nagħti kas xejn, imma hawn nies li jweġġgħu wisq lil ħaddieħor. Għamlu bħali, siru aktar sodi. Min jikteb u ma jkunx kapaċi jgħidlek f’wiċċek għax jibża’ u għejjur. Alegrija l-ħajja. Ħudu ħsieb.”