Fuq il-paġna uffiċjali ta' Facebook Bad 2D Bone qasam esperjenza li ħalliet impatt pożittiv, wara li kienu xhieda ta' qalb tajba.
"Illum daħal ġuvni ta’ nazzjonalita barranija (Indjana) fil-ħanut. Qalli: 'Sorry, għandek donation box fil-ħanut?' Għedtlu: 'Iva, għandna food donation box. Għalfejn?' Qalli: 'Għax sibt €10 fit-triq u mhumiex tiegħi.' 'Nista’ nagħtihom bħala donazzjoni?'"
It-tim ta' Bad 2D Bone ,japprezza kull tip ta' donazzjoni, bħal donazzjoni ta’ ikel li jkollhom, iżda dan l-episodju tassew baqa' mmarkat f'qalbhom.
"Li ssib flus u minflok iżżommhom għalik, tagħżel li tagħtihom b’ġenerożita lil min għandu bżonnhom, jgħid ħafna dwar il-qalb ta’ persuna. Kultant huma dawn il-ġesti żgħar li jfakkruna kemm għad hawn nies ta’ qalb tajba fid-dinja."
Prosit tassew lil dan il-ġuvni, kemm hu sabiħ nisimgħu stejjer bħal dawn!