Meta tagħlaq sninek, ma jfissirx biss ix-xemgħat fuq il-kejk, ir-rigali jew il-festa, iżda dan ikun wkoll mument sabiex tieqaf ftit, tħares lura lejn dak li għaddejt minnu u tapprezza lin-nies li kienu parti minn ħajtek. Hekk għamlet, l-MP Bernice Bonello li llum għadha kemm għalqet 29 sena.
F'dan il-jum speċjali għażlet li twassal messaġġ sempliċi iżda sabiħ lil dawk kollha li ftakru fiha. Permezz ta’ kliemha, Bernice rringrazzjat mill-qalb lil kull min ċempilha, bagħtilha messaġġ jew awguralha f’għeluq sninha.
Għax kultant messaġġ qasir, telefonata jew sempliċi “awguri” jkunu biżżejjed biex iħallu tbissima fuq wiċċ xi ħadd u jfakkruh kemm hu maħbub u apprezzat.
29 sena huma kapitlu ieħor f’ħajjitha, b’ħafna memorji warajha u ħafna oħrajn għad iridu jinkitbu u forsi l-isbaħ parti minn dan kollu hi li, f’ġurnata tagħha, Bernice għażlet li taħseb f’dawk li ħasbu fiha.
It-Tim ta' Gwida.mt jawgura l-isbaħ xewqat lill-MP Bernice Bonello, filwaqt li jixtieqilha sena mimlija mħabba, hena u ġid.
Facebook/Bernice Bonello